News

Se terga ssir revizjoni tal-pensjoni tal-ex haddiema tat-Tarzni

Wara l-ilmenti li l-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU irceviet minn ex-haddiema tat-Tarzni dwar ir-revizjoni tal-pensjoni taghhom, irrizulta waqt laqgha bejn Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali, l-Ghaqda tal-Pensjonanti u s-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni illi l-informazzjoni li kellu d-Dipartiment kienet skorretta.

 

Fl-istess laqgha, li kienet mitluba mill-Ghaqda tal-Pensjonanti, id-Direttur tas-Sigurta’ Socjali assigura li r-revizjoni fuq iz-zidiet fis-salarji ghas-sena 2004 u li fuqhom se tigi kkalkulata l-pensjoni ta’ dawn l-ex haddiema tat-Tarzni se ssir fl-iqsar zmien possibbli.

 

Bazikament, l-informazzjoni skorretta li kellu d-Dipartiment tas-Sigurta Socjali u li wasslet ghal bosta lmenti kienet dwar id-data effettiva tal-imsemmija zidiet fis-salarji li nghataw matul l-2004.