News
Revizjoni tal-pensjoni tal-ex-haddiema tat-Tarzni
Wara li kellha ghal darb’ohra tilmenta dwar id-dewmien li qed ikun hemm biex jithallsu r-revizjonijiet tal-pensjoni tal-ex-haddiema tat-Tarznai, l-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU giet infurmata li l-gimgha d-diehla se ssir laqgha bejn id-Dipartiment tas-Sigurta Socjali u l-Malta Shipyards Ltd biex jigu konfermati s-salarji li fuqhom qeghdin isiru dawn ir-revizjonijiet.
Bil-ghan li l-membri taghha jkunu infurmati dwar dawn ir-revizjonijiet, l-Ghaqda qed tippubblika l-ittra li s-Sur Joe Camilleri, Direttur tas-Sigurta Socjali bghat lis-Segretarju tal-Ghaqda fis-26 ta’ Gunju li ghadda. L-ittra kollha tghid:
Nirreferi ghall-ittra tieghek tad-19 ta’ Gunju 2006 dwar ir-revizjonijiet tal-pensjoni tal-ex-haddiema tat-Tarznari.
Ninfurmak li t-Taqsima tal-pensjonijiet bhalissa ghaddejja bl-ezercizzju ta dawn ir-revizjonijiet. Infatti l-gimgha d-diehla sejra ssir laqgha bejn id-Dipartiment u l-Malta Shipyards Ltd. biex nikkonfermw is-salarji li fuqhom qeghdin isiru dawn ir-revizjonijiet.
Hekk kif is-salarji jkunu konfermati, it-Taqsima tal-Pensjonijiet tiffinalizza l-assessments kollha u l-arretrati, fejn dovuti, jithallsu ma’ l-ewwel pagament possibbli. Kif ikollna d-data tac-cekk li fih ikunu ser jithallsu l-arretrati ninfurmawkom minnufih.
Sadanittant, l-Ghaqda Pensjonanti tal-GWU trid taghmilha cara li ilha zmien tipprotesta ma diveri Ministri u Diretturi tas-Sigurta Socjali dwar id-dewmien li qed ikun hemm fir-revizjoni tal-pensjonijiet kollha.