News

Appogg lill-Istudenti

 

Il-GWU Youths tinghaqad flimkien mal-ghaqdiet tal-istudenti fil-kritika taghhom ghall-mizura taz-zieda fin-nollijiet tal-karozzi tal-linja, liema zieda kellha tezenta l-istudenti skond id-diskors tal-budget tal-Prim Ministru Dr. Laurence Gonzi. L-ghaqda tinsab sorpriza kif l-interpretazzjoni ta’ ‘studenti’ jidher li qeghda teskludi studenti post-sekondarji u terzjarji. L-Ghaqda tfakkar li l-istudenti ghandhom ikunu inkoraggiti juzaw il-mezzi ta’ trasport pubbliku u tinnota li hemm eluf ta’ studenti ta’ bejn is-16 u 18-il sena li jattendu l-Junior College, MCAST u skejjel ohra, li ghandhom dhul finanzjarju limitat u li ma ghandhomx ghazla ghajr li juzaw it-trasport pubbliku.

 

B’hekk l-ghaqda ser tinghaqad b’solidarjeta flimkien mal-ghaqdiet tal-istudenti fil-protesta imsejha mill-Ghaqda Studenti Socjal Demokratici Pulse u l-Moviment Graffitti. Dan filwaqt li l-ghaqda tappella u tfakkar fil-proposta tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh sabiex tigi ntrodotta ‘Youth Card’ (Karta Zghazagh) li tkun tinkludi skemi ta’ rohs fuq transport pubbliku, vjaggar u servizzi ohra ghaz-zghazagh ta’ bejn l-14 u it-30 sena. Skemi simili huma tradizzjonali f’kull pajjiz tal-Unjoni Ewropea u ghandhom l-ghan li jghinu liz-zghazagh sabiex isiru indipendenti aktar u sabiex fil-bidu ta’ hajjithom meta d-dhul taghhom ikun baxx, jinghataw beneficcji simili ghall-dawk li jircievu l-anzjani permezz tal-Karta Anzjan.

 

Il-Ghaqda Zghazagh tal-GWU qeghda theggeg lill-membri taghha u kif ukoll tal-General Workers’ Union sabiex jattendu ghal din il-protesta sabiex jinghata l-appogg lill-istudenti li qeghdin jiehdu din l-inizzjattiva.