News

Il-GWU Youths ippremjata ghall ahjar progett ghaz-zghazagh

 

Il-GWU Youths fil-jiem li ghaddew inghatat gharfien ghal hidma taghha u inghataw award ghall-ahjar progett ghaz-zghazagh li tressqu matul is-sentejn li ghaddew fil-programm YOUTH tal-Unjoni Ewropea. Il-progett tal-GWU Youths wassal ghal holqien ta’ network bejn zghazagh Ewropej u tal-Afrika ta’ Fuq fl-isfond Ewro- Mediterranju.

 

Dan in-network ghaqqad flimkien zghazagh minn 42 trade union mir-regjun Ewro-Mediterranju sabiex jigu organizzati attivitajiet regolari u jservi wkoll l-iskop ta’ bdil ta’ informazzjoni u pratticitajiet bejn iz-zghazagh haddiema.

 

Dan l-award huwa xhieda tal-involviment kontinwu tal-GWU f’inizjattivi innovattivi u hidmiet ta’ koperazzjoni internazzjonali anki fil-qasam taz-zghazagh haddiema. Dan ukoll se jkompli jsahhah il-hidma tal-GWU Youths ghaz-zmien li gej.

 

Is-serata ghall-ghoti tal-awards kien organizzata mill-Agenzija Nazzjonali dwar il-progetti tal-Unjoni Ewropea.