News

Titnieda kampanja elettronika min-Network Ewro-Mediterranju taz-Zghazagh

 

Matul din il-gimgha in-Network Ewro-Mediterranju taz-Zghazagh tat-Trade Unions (EMYTUN) permezz tal-Ghaqda Zghazagh tal-GWU qed iniedi kampanja elettronika favur il-holqien tax-xoghol ghaz-zghazagh fil-pajjizi Ewropej u Mediterranji imsiehba fil-process ta’ Barcelona.

 

Din il-kampanja qeghda issir permezz ta’ email b’appell lill-Gvernijiet sabiex jittiehdu il-mizuri mehtiega biex jinholoq aktar xoghol ghaz-zghazagh kif ukoll permezz ta’ dokument ta’ ricerka dwar proposti li jistghu jigu addottati sabiex dan l-ghan jinltahaq.

 

It-tmexxija tan-Network, li l-ufficcini taghha jinsabu fil-bini tal-GWU fil-Belt Valletta, iddecidiet li l-ahjar mod sabiex dan il-messagg jasal fil-25 pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea u ghand il-pajjizi l-ohra imsiehba fil-process ta’ Barcelona kien fil-fatt permezz tal-mezzi elettronici li llum joffru possibilitajiet godda sabiex messagg jirreplika ruhu fi ftit sieghat mal-erbat irjieh tad-dinja. B’hekk dawn il-mezzi ikunu qeghdin jintuzaw sabiex jitwassal messagg genwin dwar il-bzonn li jonholoq aktar xoghol ghaz-zghazagh li jghixu fir-Regjun Ewro-Mediterranju.

 

Sadanittant in-Network Ewro-Mediterranju f’dawn l-ahhar xhur hadem bil-bosta sabiex aktar Unions jorganizzaw pro[etti u attivitajiet Ewro-Mediteranji ghaz-zghzagh taghhom. Dan filwaqt li gew esposti aktar l-opportunitajiet li joffri il-Programm YOUTH tal-Unjoni Ewropea ghaz-zghazagh imsiehba fil-Unions.