News

Il-GWU Youths tkompli hidmietha biex iz-zghazagh ikunu forza fil-pajjiz

Meta l-bierah saret il-laqgha generali bijennali tal-GWU Youths inghata messagg car li l-ghaqda ser tkompli tahdem sabiex iz-zghazagh ikunu forza li fuqhom jibni dan il-pajjiz fil-gejjieni. Dan meta wiehed iqis li l-pajjiz jista jibni biss fuq ir-rizorsi umani tieghu u b’hekk iz-zghazagh ikunu pediment importanti fit-tfassil tal-futur ta’ pajjizna billi jkunu ntegrati aktar fid-decizjonijiet li jittiehdu u billi wkoll ikunu incentivati fil-postijiet tax-xoghol u fl-iskejjel.

 

L-ghaqda tenniet ukoll l-importanza li fiz-zmien li gej il-General Workers’ Union tkun hajt ta’ kenn ghall-haddiema zghazagh li hafna drabi jkunu dawk li jbaghtu l-aktar fis-settur tax-xoghol minhabba l-eta taghhom u minhabba li xi employers isibuha aktar facli sabiex jisfruttaw liz-zghazagh. Fl-istess waqt l-ghaqda ikkommettiet ruhha li tkompli tkattar il-kultura ta’ trejdunjonizmu fil-glieda kontra l-individwalizmu u l-promozzjoni tas-solidarjeta’.

 

Intant il-laqgha generali hatret il-kumitat ezekuttiv li ser imexxi l-ghaqda ghas-sentejn li gejjin u nhatru wkoll il-Kumitat ta’ Ghawdex u l-Kumitat responsabbli mill-Attivitajiet. Inghata wkoll rendikont tal-hidma li saret mill-GWU Youths fl-ahhar sentejn f’oqsma bhall-qasam nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll fil-hidma interna fi hdan il-GWU u fil-qasam edukattiv. L-ghaqda uriet bic-car li fl-ahhar sentejn u nofs il-GWU Youths kibret fuq bazi nazzjonali u anke fuq livell internazzjonali u sejset il-postha fil-qasam taz-zghazagh.