News

MESSAGG JUM IZ-ZGHAZAGH

Fl-okkazzjoni ta` Jum iz-Zghazagh, il-GWU Youths tishaq li huwa ghaqli ghas-socjeta` Maltija li tirrikonoxxi l-irwol li z-zghazagh Maltin ghandhom fl-organi taghha u tikkontribwixxi biex dan l-impenn ihalli l-frott mixtieq.

 

Huwa importanti ukoll li z-zghazagh isemmghu lehinhom fejn ghandu x`jaqsam mat-tehid tad-decizjonijiet, specjalment dawk li jaffettwaw lilhom infushom jew il-futur taghhom fil-pajjiz. Iz-zghazagh ghandhom jigu meqjusa bhala maturi bizzejjed li huma kapaci jiddeciedu ghalihom nfushom u mhux haddiehor jiddeciedi ghalihom. 

 

Importanti hafna li fid-dinja tax-xoghol, kull zghazugh jinghata l-ispazju u l-opportunitajiet kollha mehtiega halli jesprimi l-hiliet tieghu bl-ahjar mod possibli. Sfortunatament, hafna zghazagh li jiggradwaw mill-Universita` ta` Malta, qed jispiccaw jitqiesu bhala numru fost dawk il-persuni li jirregistraw ghax-xoghol mal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig (ETC). Jekk il-pajjiz qed jipproduci ammont sostanzjali ta` gradwati, tant iehor irid ikun kapaci jipproduci ammont sostanzjali ta` impjiegi halli l-pajjiz ikollu rata ta` produttivita` sostanzjali.

 

Il-GWU Youths tishaq ukoll li m`ghandniex ninsew lil dawk iz-zghazagh li jkunu iffukaw aktar fuq tahrig tekniku jew vokazzjonali. Hemm bzonn li nipprovdu taghlim baziku ghal dawn iz-zghazagh halli meta jigu esposti ghad-dinja tax-xoghol ikunu attrazzati bizzejjed li jirnexxu u mhux jispiccaw bla impjieg. Fuq kollox jehtieg li d-dinja tax-xoghol ukoll tipproduci postijiet tax-xoghol ghal dawn iz-zghazagh.

 

Fl-ahharnett, fl-okkazzjoni ta` Jum iz-Zghazagh, il-GWU Youths tawgura lil kull zghazugh u zghazugha l-aqwa futur u tappella liz-zghazagh sabiex jiehdu sehem fl-attivitajiet ta` Jum iz-Zghazagh li ser isiru nhar il-Hadd 20 ta` Marzu fic-centru CAK f`Birkirkara organizzati mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, Kummissjoni Djocesana Zghazagh u Ministeru responsabbli miz-Zghazagh. L-ghaqda tfakkar li hija ser ikollha stand f`din l-attivita.

 

Dan filwaqt li nhar l-Erbgha 23 ta` Marzu fis-6.30 gewwa il-Workers Memorial Building, il-GWU Youths hadet l-inittjattiva li fl-okkazzjoni ta` Jum iz-Zghazagh tlaqqa flimkien zghazagh imsiehba fil-Unions kollha ta` pajjizna.