News

Attegjament negattiv mill-Gvern fil-konfront tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani

L-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU tesprimi d-disappunt taghha ghall-attitudni negattiva tal-Gvern fil-mod ta’ kif qed jitratta lill-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Anzjani meta ta’ kull darba qed jinjora t-talbiet u l-ilmenti tal-istess Kunsill. Ghaldaqstant, l-Ghaqda thoss li bl-atteggjament tieghu l-Gvern qed jimmina l-ezistenza tal-Kunsill.

 

L-Ghaqda tal-Pensjonanti  tal-GWU esprimiet din il-fehma wara li nnutat li fil-laqghat annwali tal-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Anzjani, fir-rapport amministrattiv ripetutament qed jinghad li l-Gvern kull darba qed iwarrab it-talbiet u ilmenti li l-Kunsill qed iressaq.

 

Fost dawn hemm iz-zieda minn 15% ghal 18% fil-VAT, iz-zieda minn 60% ghal 80% mill-pensjoni bhala hlas ghal dawk li jghixu f’istituzzjoni tal-Gvern, l-gheluq ta’ hafna centri tas-sahha matul il-lejl u mizuri ohra fil-kura tas-sahha, l-indici tal-prezzijiet u d-dewmien esagerat fl-ipprocessar tal-aggustamenti fil-pensjonijiet.

 

Meta wiehed iqis dan kollu u kif il-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani qed kontinwament ikun injorat mill-Gvern l-Ghaqda tal-Pensjonanti thoss li allura m’ghadx fadal iktar skop ghall-istess Kunsill tal-Anzjani.