News
L-ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU tistmerr il-kampanja moqzieza mill-Partit Nazzjonalista
L-ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU tistmerr il-kampanja moqzieza li ghaddejja bhalissa mill-Partit Nazzjonalista, l-alleati tieghu u maghhom sezzjoni tal-istampa lokali kontra l-GWU bil-ghan li tigi mminata l-hidma tal-GWU b’risq il-haddiema, il-pensjonanti u l-pajjiz.
L-Ghaqda tal-pensjonanti ma tistax ma tinnotax b’dispjacir u ma tikkundannax l-attakki kontinwi kontra l-mexxejja tal-GWU partikularment, is-Segretaju Generali Tony Zarb u d-Deputat Segretarju Generali Geitu Mercieca li f’dawn l-ahhar zmienijiet kienu ukoll fil-mira tal-attakki. Tikkundanna wkoll lil min kien kodard u wasal biex jikteb ittri anonimi lill-omm Tony Zarb li zgur m’ghandha x’taqsam xejn mal-hidma tal-GWU.
Din il-kampanja ta’ attakki baxxi u sfrenati lahqet il-qofol taghha matul il-jiem li ghaddew meta l-GWU kienet qed taghmel hilitha kollha, anki b’hidma f’sieghat tard bil-lejl, sabiex tinstab soluzzjoni fil-kwistjoni tas-Sea Malta sabiex jigu salvagwardati l-impjiegi tal-haddiema tal-kumpanija.
Ghaldaqstant l-Ghaqda trid tesprimi s-solidarjeta u l-appogg inkondizzjonat taghha lill-mexxejja kollha tal-GWU, partikularment is-Segretarju Generali Tony Zarb u theggighom biex jibqghu ghaddejjin bil-hidma taghhom halli l-GWU tkompli tkun ta’ wens ghall-haddiema kollha u l-pensjonanti.
L-Ghaqda thehheg ukoll lill-pensjonanti kollha sabiex nhar il-Hamis 15 ta’ Dicembru fil-5.30pm jinghaqdu mal-haddiema fil-protesta li se taghmel il-GWU f’Rahal Gdid.