News

Dewmien fir-revizjoni tal-pensjonijiet

 

L-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU b’riferenza ghal stqarrija tal-Koordinatrici Kommunikazzjoni tal-Ministeru ghall-Familja u Solidarjeta’ Socjali, trid ticcara li minbarra l-kwistjoni tad-dewmien sabiex jithallsu r-revizjonijiet fil-pensjonijiet hemm ukoll il-kwistjoni tal-pensjonanti tal-Malta Drydocks, li minhabba l-bdil fl-isem tal-Kumpanija ghal Malta Shipyards hemm id-diffikulta jekk dawn jithallsux ukoll jew le.

 

Minkejja l-assigurazzjoni tal-Prim Ministru lis-Segretarju Generali, Tony Zarb f’laqgha li delegazzjoni tal-Ghaqda kellha mieghu fit-13 ta’ Lulju illi l-bdil fl-isem tat-Tarzna ma kien se jaffettwa bl-ebda mod lill-ex haddiema tat-Tarzna, xorta wahda l-Ministru riedet tiehu l-parir tal-Avukat tar-Repubblika.

 

Kien permezz ta’ ittra mibghuta mid-Direttur tas-Sigurta’ Socjali li din il-kwistjoni giet iccarata billi hu kkonferma li wara x-xoljiment tal-Malta Drydock u l-Malta Shipbuilding, ir-revizjoni fil-pensjonijiet ta’ l-ex haddiema tat-Tarzni skond Artiklu 59(4) ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Socjali, trid issir billi l-karigi li kellhom qabel tmiem l-impjieg jigu assimilati ma’ karigi analogi kif provdut fil-Ftehim Kollettiv tal-Malta Shipyards.

 

Ghalhekk issa huwa car li r-revizjoni fil-pensjonijiet ta’ dawn l-ex haddiema se ssir skond kif sostniet l-Ghaqda tal-Pensjonanti.

 

L-Ghaqda ttenni li filwaqt li d-Dipartiment wettaq xi revizjonijiet fil-pensjonijiet, b’danakollu ghad baqa ferm iktar pensjonijiet x’jigu riveduti u dan minkejja l-weghda li sat-13 ta’ Lulju l-Ghaqda kellu jkollha lista tal-kategoriji pendenti. Fid-dawl ta’ dan l-Ghaqda gibdet l-attenzjoni tad-Direttur tas-Sigurta Socjali u staqsiet ukoll x’inhu jzomm lid-Dipartiment milli jwettaq dak li gie miftiehem.

 

Fl-ahharnett l-Ghaqda terga’ tenfasizza l-htiega li jizdiedu l-assessuri fid-Dipartiment sabiex jinqata’ d-dewmien fir-revizjonijiet tal-pensjonijiet.