News

Diskuss id-dewmien fir-revizjoni tal-pensjonijiet.

L-Ghaqda tal-Pensjonati tal-GWU dan l-ahhar regghet qanqlet il-problema tad-dewmien fil-hlas tar-revizjonijiet tal-pensjonijiet li kienu mehtiega jsiru wara li kien hemm zidiet fil-pagi skond il-Ftehim Kollettiv. L-Ghaqda ghamlet dan waqt laqgha li kellha nhar il-Gimgha li ghadda mal-Ministru Dolores Cristina.

 

Din kienet it-tieni laqgha mal-Ministru Dolores Cristina li fiha kienet diskussa l-kwistjoni tad-dewmien fir-revizjonijiet. Dan apparti laqghat ohra li saru mad-Direttur tas-Servizzi So`jali dwar l-istess problema.

 

Tul il-laqgha kordjali, id-delegazzjoni tal-Ghaqda tal-Pensjonati giet mgharrfa li x-xoghol biex jinhadmu iktar minn 47,000 revizjoni huwa fi stadju avvanzat u li sa l-ahhar ta’ Gunju li gej se jkunu thallsu numru sostanzjali minn dawn u li l-ezer`izzju se jibqa’ ghaddej sabiex fl-iqsar zmien jithallsu r-revizjonijiet li jkun fadal pendenti.