News
Diskussi l-problemi tal-istudenti tal-MCAST
Il-GWU Youths f’diskussjonijiet mal-Kunsill ta’ l-Istudenti fl-MCAST
F’laqgha li delegazzjoni mill-GWU Youths kellha mal-Kunsill ta’ l-Istudenti fl-MCAST gew diskussi l-problemi li qeghdin jiffaccjaw l-istudenti ta’ l-MCAST kif ukoll is-sehem tal-GWU Youths li f’dan ir-rigward, thares l-interessi ta’ l-istudenti-haddiema b’mod partikolari dawk li jsegwu skemi ta’ apprentistat.
Il-Kunsill ta’ l-Istudenti fl-MCAST stqarr li numru ta’ studenti qeghdin jaqghu lura fis-sistema minhabba li ma jsibux sponsor li jinkorporahom fl-iskema msemmija ta’ l-apprentistat. Minghajr din il-hidma prattika, student ma jkunx jista jkompli l-parti akkademika tal-kors fl-MCAST, b’rizultat li numru ta’ studenti qeghdin jinqatghu barra milli jkomplu jsegwu dak il-kors partikolari. Dan il-fatt qed ikun ta’ inkonvenjent mhux biss ghall-istudenti nfushom, izda anke ghall-industrija lokali li tkun qed titlef zghazagh b’potenzjal minhabba nuqqas ta’ hidma prattika.
Intqal li anke fejn din l-iskema ta’ l-apprentistat qed toffri bizzejjed opportunitajiet ta’ prattika lill-istudenti, jibqa l-fatt li certi kundizzjonijiet tax-xoghol li qeghdin jinghataw, mhumiex adegwati. Tezisti wkoll il-problema li certu xoghlijiet li dawn l-istudenti jigu mgieghla jaghmlu, ma jkunux relatati ma’ l-istudju li jkunu qed isegwu fl-MCAST.
Huwa ghalhekk l-irwol tal-GWU Youths li permezz ta’ koordinazzjoni mat-taqsimiet rispettivi fi hdan il-GWU, jitharsu l-kundizzjonijiet tax-xoghol ta’ dawn l-istudenti-haddiema u ssir ukoll hidma sabiex jinstabu bizzejjed allokazzjonijiet ta’ sponsorship sabiex hadd ma jaqa’ lura.
Il-Kunsill ta’ l-istudenti fl-MCAST irrimarka li hemm ukoll htiega li jiddahhlu ‘warrants’ jew ‘guilds’ sabiex jiccertifikaw studenti li jiggradwaw f’oqsma bhala ma huma l-arti u x-xjenza bl-istess mod li jezisti ghall-professjonijiet u certi hiliet ohra fit-teknologija.
Bl-istess mod, il-Kunsill esprima t-thassib tieghu ghall-fatt li numru ta’ studenti mhumiex jinghataw l-istipendju kif kienu gew imwieghda. Jirrizulta li dawn l-istudenti inghataw biss li smart card minghajr l-istipendju ta’ kull erba’ gimghat, kif ghandhom studenti ohra.
Il-GWU Youths qed taghti l-appogg kollu taghha lill-istudenti tal-MCAST u theggeg lill-Awtoritajiet koncernati b’mod partikolari l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Impjiegi sabiex jigu ndirizzati l-incertezzi li qed jippreokkuaw lill-istudenti, fid-dawl li huwa d-dritt ta’ kull zghazugh/a ghal edukazzjoni xierqa minghajr restrizzjonijiet.