News
Impenn kontinwu tal-GWU Youths
F’messagg ghall-okkazjoni ta’ Jum iz-Zghazagh 2007, il-GWU Youths tenniet l-impenn kontinwu taghha li tiddefendi l-interessi ta’ haddiema zghazagh Maltin u Ghawdxin li b’sagrificcju jistinkaw biex ilahhqu ma’ pizijiet dejjem jizdiedu fil-hajja tal-lum.
Il-GWU Youths irrimarkat li numru konsiderevoli ta’ haddiema zghazagh m’humiex konxji tad-drittijiet taghhom, u kontinwament jigu sfruttati b’kundizzjoni tax-xoghol li mhumiex adekwati bizzejjed. Haddiema li jahdmu partajm u dawk b’kuntratti definiti huma wkoll hafna drabi mcahhdin minn drittijiet applikabbli ghalihom. Dan hu frott il-kompetizzjoni kbira li tezisti fost iz-zghazagh biex isibu impjieg.
It-tema marbuta ma’ Jum iz-Zghazagh ghal din is-sena tesigi dwar opportunitajiet indaqs ghal kulhadd, u dan japplika wkoll f’postijiet tax-xoghol ghal haddiema zghazagh. Il-GWU Youths tishaq bis-shih li m’ghandu jkun hemm ebda forma ta’ diskriminazzjoni fost il-haddiema, sew dik politika, razzjali, religjuza jew bejn is-sessi. F’dan ir-rigward, ghandhom ikunu z-zghazagh infushom li joffru solidarjetà lil xulxin u jeghlbu kull forma ta’ diskriminazzjoni li tista’ xxekkel id-drittijiet taghhom fuq il-post tax-xoghol.
Fl-ahharnett, il-GWU Youths awgurat liz-zghazagh kollha kull success u prosperità ghax-xhur u snin li gejjin.