News

Il-GWU Youths issellem lil dawk li pprotestaw ghal-drittijiethom

Fl-okkazjoni tad-49 anniversarju mill-irvellijiet tat-28 ta’ April, 1958, il-GWU Youths qieghda tfakkar lil dawk il-Maltin, fosthom rapprezentanti tal-haddiema, li bi qlubija u kuragg ipprotestaw kontra l-Gvern Ingliz u l-Imperjalizmu fl-isfond tal-qaghda socjo-ekonomika f’pajjizna dawk iz-zminijiet.

 

Fi stqarrija, il-GWU Youths qalet li l-irvellijiet tat-28 ta’ April hejjew it-triq mhux biss biex Malta tinqata’ mid-dipendenza politika taghha fuq il-barrani u tinhall mill-kolonjalizmu li kien jahkimha, imma wkoll minn kull irbit militari li kienet imxekkla bih.

 

Kienet vizjoni politika aktar minn kollox biex pajjizna jkun newtrali, jirrenja l-progress u l-helsien ekonomiku li lahqu l-qofol taghhom bil-kisba ta’ l-Indipendenza fl-1964 u l-Helsien fl-1979 bit-tluq tas-servizzi Inglizi u l-izmantellar tal-bazi militari minn Malta.

 

Fl-isfond ta’ dawn il-kisbiet politici, ziedet tghid il-GWU Youths, iz-zghazagh tal-lum ghandhom ikomplu jissieltu biex isostnu l-kuncett tal-libertà kemm dik fil-hsieb u anke f’sens ta’ non-allineament, li jkun hemm gharfien akbar dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li nghixu f’socjetà ta’ opportunitajiet indaqs ghal kulhadd u li nsostnu s-servizzi socjali ta’ pajjizna.

 

Sadanittant, b’tifkira ta’ dan il-jum storiku fl-istorja politiko-socjali ta’ Malta, il-GWU Youths se ttella’ diskussjoni bit-tema “Il-Haddiem Ghajjat: Irrid id-Drittijiet” illum il-Gimgha, 27 ta’ April, 2007, fil-5.30 p.m. fil-Workers’ Memorial Building, il-Belt Valletta. Ghada s-Sibt, 28 ta’ April, il-GWU Youths, flimkien ma’ l-Amministrazzjoni Centrali u s-Segretarji ta’ l-unjin, se tqieghed il-fjuri fuq il-Monument tal-Haddiema fl-Imsida.