News
L-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU taghlaq 20 sena
Kien 20 sena ilu meta d-dirigenti tal-General Workers’ Union raw il-qawwa ta’ l-anzjani u waqqfu l-Ghaqda tal-Pensjonanti. Fl-okkazjoni ta’ dan l-anniversarju, kienet iccelebrata quddiesa fil-Knisja ta’ Giezù fir-Rabat, li tqaddset minn Monsinjur Arcisqof, Pawl Cremona OP.
Kienu madwar 200 anzjan u anzjana li attendew ghall-quddiesa u fil-messagg li wassal fi tmiem l-omelija, Mons Arcisqof appellalhom biex ikunu “appostli fost l-anzjani. Ghamlu l-gid u ghixu dan il-mument.”
Mons Pawl Cremona qal li l-okkazjoni tal-quddiesa hija turija tar-realtà li tahdem fiha l-GWU, meta 20 sena ilu rat li l-anzjani huma forza fis-socjetà u waqqfet l-Ghaqda tal-Pensjonanti.
Mons. Arcisqof sahaq li minkejja li wiehed ikun ikkonsidrat bhala anzjan meta jaghlaq il-61 sena, hafna mill-anzjani jkunu b’sahhithom u ghad ghandhom ix-xewqa li juru l-kreattività taghhom u dan juri kemm l-anzjani ghad ghandhom hafna kontribut x’jaghtu lis-socjetà. Huwa qal ukoll li l-anzjanità hija bbazata fuq it-toqol, it-tbatija u d-dipendenza minn haddiehor.
Prezenti ghall-quddiesa kien hemm ukoll George Agius, il-President ta’ l-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU u Vincent Esposito, is-Segretarju ta’ din l-Ghaqda.