News

Studenti merhba fil-GWU

Matul din il-gimgha, il-GWU Youths u l-GWU kienu prezenti fil-kampus ta’ l-Università biex flimkien ma’ rapprezentanti ta’ entitajiet pubblici ohrajn hadu sehem fil-Careers’ Convention.

 

Kienet gimgha importanti hafna ghalina meta bhala taqsima habbarna li l-istudenti jistghu jissiehbu fit-Taqsima Zghazagh u kif ukoll fil-GWU. Bil-proposta li ghamilna fil-konferenza nazzjonali dan sar possibbli billi ahna, unjin proattiva, issa ftahna l-bibien taghna wkoll ghall-istudenti Universitarji u post-sekondarji.

 

Unjin bhal taghna li ghandha storja sinjura, issa kompliet staghniet meta se jkunu qeghdin jissiehbu membri studenti f’istituzzjonijiet differenti ta’ l-edukazzjoni tal-pajjiz. Bhala GWU dejjem hdimna biex inkunu ta’ protezzjoni ghal dawn il-haddiema futuri u anke prezenti bhalma kienu l-partajmers.

 

Illum il-gurnata l-irwol ta’ haddiem jinbidel maz-zmien kif tinbidel l-ekonomija tal-pajjiz. Il-kwistjoni ta’ kuntratti tax-xoghol illum qieghda ssir aktar moda meta min ihaddem qed ihaddem lill-haddiema tieghu b’kuntratti definiti li jvarjaw minn tliet snin sa sitt xhur. Dawn il-modi ta’ hidma qeghdin iwasslu biex aktar zghazagh jesperjenzaw suq tax-xoghol xejn ‘friendly’ meta anke biex jippjanaw hajjithom iridu jkunu çerti mija fil-mija li se jibqghu fil-post tax-xoghol ghalkemm jista’ jkun ghal tul ta’ zmien.

 

Qeghdin fi stadju fejn bhala unjin irridu nkunu l-lehen tal-haddiema tal-prezent u kif ukoll dawk tal-futur.

 

Futur fil-mod kif nahdmu, fis-setturi l-godda ta’ l-ekonomija ghax aktar ma jghaddi z-zmien qeghdin jinholqu sistemi godda li l-unjins iridu jgharfu jinbidlu maghhom.

 

Tajjeb jew hazin, il-manifattura bdiet nizla minn dan il-pajjiz imma bhala unjin ghandna nzommu lil dawn il-haddiema tal-manifattura ghal qalbna fil-waqt li ninkoraggixxu biex kemm jista’ jkun haddiema jiehdu t-tahrig biex ikunu preparati ghal qalba fix-xoghol u dan ma jghoddx biss ghal tal-manifattura imma wkoll ghal dawk li jahdmu f’ufficcju li t-tahrig kontinwu huwa ‘asset’ tal-persuna ghal hajja ahjar.

 

Issa li wasalna biex inkomplu nahdmu ghall-haddiema prezenti u futuri rridu nkunu ppreparati li nwasslu l-messagg taghna ma’ kulhadd ma’ l-akbar ammont ta’ haddiema possibbli wara kollox il-hidma taghna hija ghal kulhadd bhalma kienet fil-passat, prezent u futur. Irridu nassiguraw li l-GWU tkun hemm ghal kulhadd …ghax din hija l-unjin tieghek.