News

Aggustament fil-pensjoni ta' l-Enemalta

Hidma kontinwa mill-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-General Workers’ Union (GWU) favur pensjonanti tal-Korporazzjoni Enemalta wasslet biex ikun hemm aggustament fil-pensjoni ta’ dawn il-pensjonanti, liema aggustament se jkun rifless fic-cekk tal-pensjoni li jmiss jissarraf nhar is-Sibt li gej, 1 ta’ Diçembru, 2007.

Il-hidma min-naha ta’ l-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU dwar dan il-kaz bdiet wara ftehim milhuq bejn il-Korporazzjoni Enemalta u t-Taqsima Kimika u Energija tal-GWU li permezz tieghu l-haddiema nghataw bonus ta’ Lm2 fil-gimgha li gie inkorporat fil-paga b’effett mill-1 ta’ Jannar, 2006.

L-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-General Workers’ Union ghamlet talba lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soçjali biex il-pensjonanti jkollhom aggustament fil-pensjoni taghhom u finalment id-Dipartiment aççetta li jaghti din iz-zieda kkalkolata fuq il-pensjoni taghhom mill-1 ta’ Jannar 2006 u z-zieda ghall-gholi tal-hajja mill-1 ta’ Jannar, 2007.