News
L-Ghaqda Pensjonanti talbet laqgha mal-Ministru Dalli
Wara l-hatra tas-Sur John Dalli bhala Ministru tal-Politika Socjali, l-Ghaqda Pensjonanti tal-GWU talbet laqgha mieghu bilghan li jitkomplew id-diskussjonijiet dwar diversi suggetti li jolqtu l-pensjonanti u l-kura tal-anzjani. Diskussjoni dwar bosta minn dawn is-suggetti kienet inbdiet ma’ Ministri precedenti fil-qasam tas-sigurta socjali li izda baqghu pendenti sal-lum.
Fl-ittra taghha lill-Ministru John Dalli, l-Ghaqda Pensjonanti tal-GWU rreferiet fost ohrajn ghall-pensjoni minima, il-htiega li jigu rrangati l-anomaliji fil-ligi tal-pensjoni, in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-pensjonijiet li jigi depozitati fil-banek direttament, kif ukoll id-dewmien li jittiehed biex jigu aggustati l-pensjonijiet wara li jizdiedu l-pagi tal-haddiema permezz ta’ ftehim kollettiv..
Talbitu wkoll li ssir diskussjoni dwar it-tqassim tal-medicini u kwistjonijiet ohra marbuta mal-kura tal-anzjani fosthom id-dewmien biex isiru certu operazzjonijiet.