News

Ufficjali tal-GWU Youths eletti fil-KNZ

Erba mill-membri tal-ezekuttiv tal-GWU Youths ftit jiem ilu gew eletti fl-Ezekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh maltin. Dawn l-ufficjali se jkunu jokkupaw karigi importanti fil-KNZ bhalma huma dik ta’ segretarju generali, vici-president, segretarju attivitajiet nazzjonali u ufficjal finanzi.

 

Tul din l-istess laqgha gie fi tmienu t-terminu tal-ezekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh 2007-2008.

 

Il-GWU Youths tawgura lill-ufficjali taghha li gew eletti fil-KNZ sena ta' hidma b'aspirazzjoni ta' gid ghaz-zghazagh Maltin u Ghawdxin kollha hekk kif iz-zghazagh se jkunu qeghdin jaffacjaw sfidi godda kemm dawk tax-xoghol u kif ukoll tal-edukazzjoni.

 

Fl-istesswaqt il-GWU Youths ittenni l-appogg taghha lil ezekuttiv kollhu tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, specjalment lit-tmexxija tal-istess kunsill.