News

Pensjonanti mhux informati dwar id-depoziti tal-pensjoni

L-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU appellat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali biex il-pensjonanti jergghu jibdew jinghataw l-informazzjoni kollha u shiha dwar il-pensjoni taghhom li tigi ddepozitata direttament fil-banek. Dan l-appell, l-ghaqda ghamlitu fid-dawl tal-qbil li kien sar mal-Ministru John Dalli waqt laqgha bejn iz-zewg nahat fl-10 ta’ April li ghadda.

L-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU jidhrilha li ghadda zmien bizzejjed biex id-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali jerga’ jaghti l-informazzjoni mehtiega lill-pensjonanti dwar il-pensjoni taghhom. Fil-fatt minn din is-sena l-unika informazzjoni li l-pensjonanti bdew jinghataw hija biss id-data ta’ meta l-pensjoni tkun giet depozitata u ma jinghadilhomx xejn dwar kemm hu l-ammont ta’ pensjoni u xi tnaqqis ikun sar minnha.

Fl-istess laqgha mal-Ministru Dalli, l-Ghaqda kienet qanqlet ukoll il-problema tad-dewmien esagerat biex isiru certi operazzjonijiet fl-isptar li dwarha kienet ilha tilmenta. L-Ghaqda tal-Pensjonanti tal-GWU ghaldaqstant innotat b’sodisfazzjon, dak li qal l-istess Ministru John Dalli li l-pazjent ghandu jkun provdut bl-ahjar servizz mediku possibbli u li kien se jara wkoll li jinqata’ d-dewmien esagerat ghall-operazzjonijiet.