News

Il-GWU Youths tifrah lil Dr Joseph Muscat

Il-Kumitat Ezekuttiv tal-GWU Youths jifrah lil Dr Joseph Muscat ghall-hatra tieghu bhala Mexxej tal-Partit Laburista. Din ir-responsabbilta' gdida ghandha sservi sabiex Dr Muscat imexxi forza politika importanti fil-pajjiz, li fuq kollox jehtieg tiehu konjizzjoni ta' l-isfidi li l-haddiema zghazagh qeghdin jiffaccjaw aktar minn qatt qabel.

 

Il-GWU Youths tawgura wkoll li l-hatra ta' Dr Muscat taghti nifs gdid lill-politika lokali li ghandha fuq kollox taghti widen ghall-opinjonijiet taz-zghzagh u tinvolvihom fit-tehid tad-decizjonijiet.

 

L-esperjenza ta' Dr Joseph Muscat fil-Parlament Ewropew ghandha tghin ukoll sabiex Zghazagh Maltin u Ghawdxin jaghrfu jiehdu dawk l-opportunitajiet fi hdan l-Unjoni Ewropea, liema prospetti ghandhom ikunu accessibbli ghal kulhadd ugwalment.

 

Il-GWU Youths tistieden lill-Mexxej tal-Partit Laburista ghal djalogu miftuh u skambju ta' ideat bejn iz-zewg nahat sabiex dawn l-ideat jitmexxew ‘il quddiem lejn il-kisba tas-success.