Frequently Asked Questions

1. Ghal min hi miftuha shubija fil-GWU?

Kull min jaqla l-ghaxien tieghu mix-xoghol jista jissieheb u jsir membru fil-GWU. Is-shubija fil-GWU m'ghandhiex distinzjoni ta' sengha, professjoni, eta jew twemmin ghax hi miftuha ghal kulhadd indaqs. Jistghu jkunu membru wkoll tal-GWU dawk li rtiraw mix-xoghol bl-eta. Fil-kaz ta' dawn il-hlas huwa Lm6 ta' darba fil-kaz ta' persuna wahda u Lm8 f'kaz ta' koppja.

2. Kif tista tissieheb fil-GWU?

Haddiem jista jissieheb fil-GWU billi jew jigi direttament fl-ufficcju tal-GWU fil-Belt, jew javvicina r-rapprezentanti tal-haddiema fuq il-post jew jimla l-formola tal-applikazzjoni online mill-website.

3. Kif tista thallas il-menswalita tas-shubija fil-GWU?

Il-hlas tas-shubija jista jsir jew direttament fl-Ufficcju Membership tal-GWU, jew permezz tal-kollettur tal-GWU fuq il-post tax-xoghol tieghek jew permezz tac-check-off (tinqatalek direttament mill-paga).

4. Kif membru jigi allokat f'Taqsima tal-GWU?

Il-GWU ghandha 8 Taqsimiet differenti li bejniethom ikopru s-settur kollha tal-impjiegi f'Malta. Ghalhekk l-allokazzjoni tal-membru fit-Taqsima rispettiva ssir skond is-settur li jkun impjegat fih.

5. X'tista tibbenefika minn shubija fil-GWU?

Shubija fil-GWU taghtik dik il-protezzjoni mehtiega fuq il-post tax-xoghol tieghek apparti li tgawdi wkoll minn pagi u kundizzjonijiet ahjar li l-GWU tinnegozja ghal haddiema fuq il-postijiet tax-xoghol. Minbarra dan il-GWU toffri diversi skemi ta' beneficcju ghall-membru u l-familja tieghu.

6. Kif tista terga ssir membru tal-GWU?

Haddiema jista jerga jsir membru billi jimla l-applikazzjoni u jsir hlas ghal 'rejoining" ta' Lm1.50 l-ewwel darba u Lm2 mit-tieni darba 'il quddiem. Jista jsir ukoll il-hlas tal-arretrati biex ma tkunx intilfet il-kontinwita tas-shubija (jekk il-membru jkun irid).

7. X'inhuma l-hinijiet tal-ftuh tal-ufficini tal-GWU?

L-ufficini tal-GWU f'Malta u Ghawdex ikunu miftuhin mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.30am sal-5.00pm
 
Ghal aktar taghrif jista jsir kuntatt bit-telefon mal-Ufficcju Membership fuq numru 21 222559 fil-hinijiet tal-ufficcju