OtherProfServices

Bhala parti mill-beneficcji tas-shubija l-GWU qed toffrilek dawn is-servizzi professjonali bla hlas jew bi prezzijiet imrahhsa:

Nutar
Il-maggoranza tal-membri tal-GWU jiltaqghu ma' kazi jew problemi li jirrikjedu s-servizz ta' nutar ghalhekk dan il-pakkett ghall-membri tal-GWU qed joffrilek l-opportunita` li tiehdu parir minghajr hlas u jinghata wkoll servizz notarili ta' kuntratti u testmenti b’tariffi mnaqqsa.

Avukat
Il-membri tal-GWU bis-shubija taghhom jistghu jibbenefikaw ukoll minn access ghal servizzi legali mill-avukati tal-union. F'kaz ta' parir jew assitenza fuq problemi Industrijali u ta' xoghol dawn il-pariri jinghataw b'xejn.

Perit
Il-membri tal-GWU ghandhom il-vantagg li jistghu jibbenefikaw ukoll min servizzi ta' Perit f'kull problema relatata ma' dan il-qasam. F'kaz ta' pariri teknici dawn dejjem jinghataw bla hlas waqt li fi kwalunkwe servizz iehor il-Perit qed joffri prezz sussidjat lil membri tal-GWU li jkun irhas mill-hlas li normalment jintalab.

Psikologa
Permezz ta' shubija mal-GWU, il-membri jistghu ukoll jibbenefikaw min assistenza psikologika ghal problemi relatati ma' anzjeta jew stress kif ukoll assistenza psikologika ghal kundizzjonijiet ta' mard kroniku. Bhala parti mill-pakett ghall-membri tal-GWU, dawn is-servizzi huma offruti b' tariffi mnaqqsa.

Dawn is-servizzi kollha jinghataw b'appuntament billi wiehed icempel fuq hotline 25679000