Il-General Workers’ Union ilha mis-snin tmenin tiehu s-Sahha u s-Sigurta bis-serjeta. Tant huwa hekk li fl-1989, Turu Micallef fimkien ma’ delegazzjoni ta’ tnejn ohra kien iltaqa’ mal-Ministru tal-Politika Socjali ta’ dak iz-zmien, Dr. Lewis Galea biex f’Malta titwaqqaf Awtorita. Imbaghad fl-1994, il-GWU saret membru tal-Kummissjoni ghal Promozzjoni ghas-Sahha u Sigurta.
Din il-materja hija hekk ghal qalb il-GWU li sahansitra fl-istess Statut taghha hemm imnaqqax li ghandu jkun hemm Istitut ghal dan l-ghan u li c-chairperson ta’ dan l-Istitut irid ikun membru tal-istess Amministrazzjoni Centrali.
Minn zmien ghal zmien, il-GWU torganizza korsijiet ghar-rapprezentanti tas-Sahha u s-Sigurta kif ukoll Seminars u Konferenzi. Minbarra dan, hija tircievi b’mod regolari leaflets, magazines u letteratura minn pajjizi ohra li jittrattaw is-Sahha u s-Sigurta. Tiehu sehem f’konferenzi jew tahdidiet fuq il-midja kollha meta tkun mistiedna taghmel dan. Hija tiehdu sehem ukoll f’attivitajiet barranin.
F’dawn l-ahhar snin saret ukoll ticcelebra t-28 ta’ April mal-bqija tat-Trade Unions tad-dinja kollha bhala l-jum iddedikat ghal haddiema li korrew jew mietu fuq il-post tax-xoghol.
Meta jinqala’ accident fuq il-Post tax-Xoghol, il-General Workers’ Union titlob mill-ewwel li issir inkjesta u investigazzjoni biex tara x’wassal ghal dak l-accident. Il-passi li l-GWU tista’ tiehu huma li tara li jkun hemm prekawzjoni bizzejjed u adekwata kif ukoll li l-haddiema jkollhom l-apparat u ilbies li jipproteġihom u biex jigu evitati l-accident. Tista’ tiehu azzjoni industrijali jekk din il-protezzjoni ma tinghatax izda ma tistax tiehu passi legali ghax dik hija prerogattiva ta’ l-Awtorita.
Minn mindu Malta saret membru shih tal-Unjoni Ewropea, hija tattendi l-laqghat kollha ta’ konferenzi, seminars u korsijiet li jsiru fuq dan is-suġġett. Filfatt, hija membru shih fl-Advisory Committee for Hygiene, Health and Safety kif ukoll membru sostitut fil-Bilbao Agency for Health and Safety. Il-General Workers’ Union hija attiva f’dawn il-kumitati u tirrapprezenta lill-haddiema f’bosta inizjattivi. Illum il-gurnata, is-sehem tal-General Workers’ Union huwa rikonoxxut minn attivisti tal-Unions Ewropej kollha.
Fil-bidu ta’ Jannar 2008 ghamlet konferenza nazzjonali li fiha ippartecipaw l-imsiehba socjali kollha. Fl-okkazzjoni tat-28 ta’ April sar seminar dwar l-istorbju u l-assessar tar-riskju tieghu biex hekk ukoll tkun konformi mat-tema maghzula mill-Bilbao Agency li din id-darba hija dedikata lill-assessjar tar-riskju.